Ħareġ mill-isptar Matteo Grima ta’ 18-il sena, iż-żagħżugħ mill-Imtarfa li kien fil-periklu tal-mewt wara li ntlaqat minn vettura fir-Rabat Malta.
L-inċident kien seħħ fit-23 ta’ April li għadda fi Triq Ħad Dingli.
Huwa ħabbar dan fuq il-midja soċjali u rringrazzja lil kull min ħaseb u talab għalih f’dan il-mument diffiċli.