Ilkoll nafu kemm koppja ddum tipprepara għal dik il-ġurnata speċjali tagħhom. Bosta preparamenti li tinkludi fost oħrajn d-deċiżjoni ta’ fejn se jkunu qed jiżżewġu.
Iżda bla dubju, jkun ta’ xokk meta biss erbat ijiem qabel – parti mill-Knisja li tkun se tiżżewweġ fiha ġġarrab ħsarat estensivi kawża ta’ terremot.
Ramon u Martina Adazzi, iżżewġu l-Ħadd f’Acquasanta Terme, fil-qofol tat-tifrik li ħalla warajh it-terremot f’Amatrice li ħasad il-ħajja ta’ 291 persuna. Il-koppja stqarru li ħadu xokk kbir meta saru jafu b’dak li kien ġara u li kienu ilhom aktar minn sena jorganizzaw it-tieġ tagħhom iżda ddeċidew li xorta waħda jkomplu bil-pjanijiet tagħhom.
Ramon stqarr li huwa ddeċieda li xorta waħda jagħmlu t-tieġ tagħhom f’dan il-post, biex ikunu jistgħu jaljenaw lin-nies mid-dieqa u d-dwejjaq li ħakmet il-pajjiż u biex iferħu lil dawk kollha preżenti. Huma stqarru li n-nies kollha laqgħuhom bi ħġarhom.