Għall-festa ta’ Santa Katarina fiż-Żurrieq din is-sena ġew mżanżna linef ġodda maħduma mis-sezzjoni taż-żgħażagħ.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Dawn il-linef huma ftit differenti minn dawk li wieħed isib fid-djar u jistgħu jintlemħu fi Triq San Mikiel.
Dawn il-linef akkumpanjati minn sett kuruni ġew maħduma mis-Sezzjoni Żgħażagħ Palmisti flimkien ma’ membri oħra tas-Soċjetà Mużikali Santa Katarina V.M fuq disinn li ttieħed minn ritratt antik li kien juri dawn il-linef armati fi Triq San Mikiel.
Dawn il-linef oriġinarjament iddisinjati mis-Surmast Abram Gatt, reġgħu ġew iddisinnjati mis-Sur Jeremy Cachia u żżanżnu għall-festa ta’ din is-sena sabiex din it-triq terġa’ tingħata il-preġju li kellha fl-armar fil-passat.