Dalgħodu, għall-ħabta tas-6.30am, żviluppaw nirien f’wieħed mill-uffiċini fil-Palazz ta’ Sant’Anton.
Ikkonferma dan l-Uffiċċju tal-President permezz ta’ stqarrija.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Fil-fatt ġie kkonfermat li ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident.
L-Uffiċċju tal-President radd ħajr lid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, lill-Pulizija, lill-Forzi Armati ta’ Malta u lill-Isptar Mater Dei għall-assistenza immedjata tagħhom.