Ir-Reppublika Ċeka u t-Tuneżija żdiedu fl-Amber list.
Dan tħabbar fi stqarrija konġunta bejn il-Ministeru għas-Saħħa u l-Ministeru għat-Turiżmu, fejn intqal li dawn iż-żewġ pajjiżi se jiżdiedu f’din il-lista mill-Ġimgħa 28 ta’ Awwissu f’nofsillejl.
Il-postijiet fil-lista riveduta huma l-Bulgarija, ir-Rumanija, it-Tuneżija, ir-Repubblika Ċeka u tliet postijiet fi Spanja li huma Barċellona, Girona u Madrid.
Kull persuna li tiġi minn dawn il-pajjiżi msemmija trid tippreżenta ċertifikat li juri riżultat negattiv għall-Covid-19 li jkun sar sa mhux aktar minn tnejn u sebgħin siegħa qabel it-titjira.
Dawk li ma jippreżentawx dan iċ-ċertifikat jagħmlu test fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta u jistgħu jinżammu fi kwarantina.
Ir-riżultat tat-test fl-ajruport joħroġ f’temp ta’ erba’ sigħat.