Fi stqarrija, l-KM Malta airlines, il-linja nazzjonali tal-ajru ħabbret li bejn it-28 t’Ottubru u d-19 ta’ Diċembru ta’ din is-sena se tkun qed iżżid żewġ titjiriet oħra minn u lejn Brusell.
L-istqarrija kompliet tgħid kif ittieħdet din l-inizjattiva sabiex il-linja tal-ajru tkun tista tlaħħaq mad-domanda li qed tiżdied kif ukoll dawk li jkunu jridu jivjaġġaw minn u lejn Brussell jkunu jistgħu jagħlu dan b’aktar kumdità u flessibiltà.
l-KM Malta Airlines spiċċat billi appellat lill-pubbliku jżur is-sit kmmaltaairlines.com sabiex tinkiseb aktar informazzjoni.