In-numru ta’ każi fatali minħabba l-kesħa li qed tiddomina f’bosta stati fl-Istati Uniti, tela’ għal 21.
Il-kesħa xxoqq il-għadam fl-Amerka din il-ġimgħa għamlitha fl-istorja tal-iktar kesħa kiefra fl-Istati Uniti; bit-temperaturi saħansitra niżlu kważi 50 grad taħt iż-żero.
Madanakollu din il-kesħa qattiela mlaqqma polar vortex mistennija ttaffi xi ftit f’dan it-tmiem il-ġimgħa, u s-silġ mistenni jibda jinħall.
L-iktar temperatura kiesħa kienet irreġistrata f’Minnesota l-Ħamis, b’49 grad taħt iż-żero.