Uffiċjali f’Puerto Rico qed jgħidu li issa huma 2,975, il-persuni mejta wara l-Urugan Maria.
Maltempata li laqtet it-territorju f’Settembru tal-2017.
In-numru revedut ta’ persuni mejta huwa kważi mal-ħamsin darba aktar mill-estimu preċedenti ta’ erbgħa u sittin.
Il-Gvernatur, Ricardo Rossello aċċetta s-sejbiet tal-investigazzjoni indipendenti.