In-numru ta’ pagamenti f’pajjiżna li jsiru permezz tal-card kibru erba’ darbiet iktar minn kemm żdiedu fl-Unjoni Ewropea. Għalkemm rapport f’The Business Observer jgħid kif il-Maltin huma mdorrijin jużaw iktar id-debit cards minflok il-credit cards.
Iż-żieda fl-użu tal-card f’Malta żdiedet bi 22.8% bejn l-2010 filwaqt li żdiedet biss b’5% fl-Unjoni Ewropea. Peró, skont l-iktar studju riċenti kwotat jingħad kif filwaqt li kien hemm fl-idejn 837,000 card, 651,000 huma debit cards.
Interessanti l-fatt li dawk li mbagħad dawk li għandhom il-credit card jużawha iktar. F’Malta l-ammont li jitħallas minn fuq credit card huwa ta’ €2,833 u dak minn fuq debit card €1,076.
Jirriżulta wkoll li f’Malta għandhom jintużaw iċ-ċekkijiet b’rata ferm iktar minn dik li jridu n-nies tal-Bank Ċentrali. Tant li m’ilux kienet saret il-proposta biex jidħlu tariffi fuq ċekk u jonqsu dawk fuq cards.
- Id-differenza? Bil-credit card tkun qed tieħu flus li mhux tiegħek u li trid tħallas lura b’imgħax, bid-debit card tkun qed tuża flusek.