L-Awtorità Maltija għall-logħob kompliet iżżid l-ispezzjonijiet. Dan għax l-infurzar tar-regolamenti huwa kruċjali għal-kredibbiltà ta’ dan is-settur li fir-rapport annwali għas-sena li għaddiet wera li reġa’ kiber u mistenni jkompli jikber.
Jirriżulta li fl-2016 l-MGA għamlet 11,759 spezzjoni fosthom f’casinos u fi ħwienet tal-logħob li huma liċenzjati mal-stess Awtorità.