Għal dik li hija statistika dwar l-impjiegi s-sena l-ġdida bdiet fejn ħalliet dik ta’ qabilha.
L-ewwel pubblikazzjoni tal-uffiċċju nazzjonali tal-istatistika, l-NSO, kienet dwar in-nies jaħdmu f’Ġunju li għadda u minnha rriżulta li n-nies jaħdmu full time tela’ għal 179,760.
Din tfisser żieda ta’ 4.4% fuq l-istess xahar tas-sena 2015. Għal darb oħra jirriżulta li l-maġġoranza assoluta taż-żieda fl-impjiegi hija dovuta għas-settur privat.
Fil-fatt, filwaqt li ż-żieda fuq sena fis-settur privat kienet ta’ 7,446, dik fis-settur pubbliku kienet ta’ 74 persuna.
Biex illum hemm 135,406 jaħdmu full time fis-settur privat u 44,354 fis-settur pubbliku.