It-total ta’ applikazzjonijiet għal stabbilimenti tal-akkommodazzjoni turistiċi ġodda f’Għawdex f’għaxar xhur, jiġifieri minn Jannar sa Ottubru 2016, jammonta għal 203.
Matul l-istess perjodu, ingħataw total ta’ 164 liċenzja ġdida kif ukoll saru 765 spezzjoni fi stabbilimenti tal-akkommodazzjoni.
Jidher biċ-ċar li l-politika ta’ dan il-Gvern għal Għawdex hija waħda konkreta u qed tħalli riżultati pożittivi ferm hekk kif l-applikazzjonijiet żdiedu b’120 meta mqabbel mal-2012 filwaqt li ngħataw 84 liċenzja ġdida u saru biss 214 spezzjoni.
Dan qalu fi tweġiba parlamentari l-Ministru għat-turiżmu Edward Zammit Lewis.