Il-Baġit għas-sena d-dieħla se jkun qed iżid l-istipendji għal darba oħra, bir-rata tal-għoli tal-ħajja pro-rata, li se tkun qed tfisser żieda ta’ €64 f’sena.
Din iż-żieda se tkun qed tingħaqad ma’ żidiet sostanzjali li diġà tħabbru u daħlu fis-seħħ minn din is-sena skolastika f’korsijiet partikolari li għandhom x’jaqsmu ma’ oqsma importanti għat-tranżizzjoni ekonomika ta’ pajjiżna.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Dawn jinkludu oqsma bħall-istudji xjentifiċi u matematiċi, b’enfażi partikolari fuq l-għalliema ta’ dawn is-suġġetti u dawk tal-Primarja.