Malta huwa l-iktar pajjiż fl-Unjoni Ewropea fejn in-nies iħossuhom jagħmlu parti minn dik li tissejjaħ middle class.
F’pubblikazzjoni din il-ġimgħa l-Unjoni Ewropea wriet kif 75% tal-Maltin iħossuhom jagħmlu parti minn din il-parti tas-soċjetà.
Iktar minn hekk din is-sena kien hemm 16% iktar li wieġbu li jħossuhom bħala parti mill-middle class.
Dan ifisser li l-miżuri tal-gvern maħsuba biex jgħinu n-nies jagħmlu qabża ‘l quddiem fil-kwalità tal-ħajja tagħhom qegħdin iħallu l-frott.
B’75% jfisser li Malta għandha l-ikbar middle class fl-Ewropa bil-medja Ewropea tkun ta’ 46%.
Riżultati b’saħħithom f’din l-istatitika kien hemm ukoll il-pajjiżi Skandinavi.
Dan ir-riżultat, bħala parti mill-Eurobarometer, ħareġ fl-istess ġimgħat li l-uffiċċju nazzjonali tal-istatistika wriet li naqas il-faqar.
Minbarra hekk dan ma kienx l-uniku riżultat b’saħħtu tal-Eurobarometer li wera kif li għall-kull persuna li fl-2013 kienet temmen li b’mod ġenerali pajjiżna miexi fid-direzzjoni t-tajba llum hemm tnejn.
B’hekk il-burdata tal-Maltin inbidlet minn waħda kemxejn negattiva ħames snin ilu għal waħda ta’ ottimiżmu llum il-ġurnata.