Kien hemm żieda enormi fl-attività fil-fliegu bejn Malta u Għawdex, meta wieħed iqabbel is-sena li għaddiet mas-sena ta’ qabel.
Fuq l-2015, is-sena li għaddiet kien hemm 1,581 vjaġġ iktar. Żieda ta’ 7.6%.
Dan ifisser li kien hemm 110,612 iktar li qasmu l-fliegu. Żieda ta’ 8.2%. Naturalment kienet ikbar iż-żieda fil-passiġġieri. 393,328 persuna iktar użaw il-Gozo Channel – Żieda ta’ 8.3%.