Riċerka ġdida minn Queen’s University ta’ Belfast sabet li l-ewwel abitanti Maltin waslu 700 sena qabel dak li nsibu fil-kotba tal-istorja.
Dan instab permezz ta’ riċerka fuq ħamrija ta’ żmien il-qedem, li sabet kif l-ewwel nies waslu f’Malta madwar is-sena 5900Q.K.
Fuq analiżi tal-DNA nstab kif l-ewwel abitanti ġew minn partijiet differenti tal-Mediterranan fosthom mill-Afrika. Ir-riċerka sabet ukoll li fis-sena 3850Q.K. saret it-tieni kolonizzazzjoni f’Malta li ġiet minn Sqallija.
Dawn damu f’Malta għal kważi 1,500 sena, minkejja l-elementi ta’ nixfa li għandna f’pajjiżna.
Din ir-riċerka ilha għaddejja mill-1987 mill-Professur Caroline Malone u t-tim tagħha li skvaw aktar minn 220,000 għadma, li jfissru 500 u 800 persuna.
Il-Professur Malone qalet li permezz tal-radiocarbon dating, instab dan l-iżvillupp u permezz ta’ din ir-riċerka sabet episodji ġodda fl-istorja ta’ Malta.
Hija baqgħet mistagħġba kif għexu minkejja l-elementi f’pajjiżna u anke bil-bini tat-tempji megalitiċi, li huma l-eqdem tempji weqfien waħidhom, fid-dinja.