In-numru ta’ mwiet fl-aħħar erbgħa u għoxrin siegħa fi Spanja laħħaq it-324.
B’hekk 1,326 persuna tilfu ħajjithom kawża tal-Coronavirus fi Spanja.
Rapporti fil-midja qed jgħidu li l-isptarijiet fi Spanja speċjalment dawk f’Madrid ma’ jistgħux jlaħħqu mad-domanda ta’ pazjenti.
Fl-Istati Uniti wieħed minn kull ħames Amerikani ser ikunu qed joqgħodu fi kwarantina
Dan wara li numru ta’ stati Amerikani ordnaw lill-pubbliku sabiex ma’ joħorġux minn darhom b’tentattiv li jwaqqfu it-tixrid tal-Coronavirus.
Fost dawn l-istati hemm dak ta’ Conneticut, New Jersey, Illinois u California. L-istat ta’ New York ordna wkoll sabiex negozji mhux essenzjali jgħalqu l-bibien tagħhom.
Fil-fatt il-kungress Amerikan mistenni jkompli bin-negozjati għall-programm ekonomiku ta’ madwar triljun dollari immirat biex jgħin lill-familji Amerikan sakemm tkompli ttul din il-pandemija.
Sa’ issa n-numru ta’ mwiet kawża tal-Cornavirus fl-Amerika tela’ għal 230 filwaqt li aktar minn 18,500 persuni huma nfettati.
Madwar id-dinja kollha, l-virus ħasad il-ħajja ta’ aktar minn ħdax-il-elf ruħ. Mitejn u sebgħin elf ruħ ġew infettati.
Fil-Portugal in-numru ta’ mwiet kawża tal-Coronavirus fl-aħħar 24 siegħa rdoppja għal tnax il-ruħ. Dan filwaqt li ġew rreġistrati 260 każ ġdid biex b’hekk it-totall ta’ persuni nfettati bil-virus Covid-19 tela’ għal 1,280.
Fil-Georgia l-President iddikjarat stat ta’ emerġenza sal-21 t’April sabiex jiġi evitat aktar tixrid tal-Coronavirus.