Tifqigħa ġdida ta’ każijiet ta’ COVID-19 fiċ-Ċina qed iżżid it-tħassib hekk kif l-infezzjonijiet qed jinfirxu f’aktar provinċji u qed tiżdied il-vulnerabbiltà tal-pajjiż minħabba l-varjant Delta.
L-ispeċjalisti u esperti tas-saħħa fil-pajjiż qed juru t-tħassib serju tagħhom minħabba l-varjant li jinfirex malajr ħafna.
Il-Gvern Ċiniż introduċa miżuri ġodda marbuta mal-ivvjaġġar u qed jerġa’ jżid l-ittestjar.
Il-każijiet qed jiżdiedu f’minn tal-inqas ħmistax-il provinċja u din hija l-ikbar żieda fil-każijiet fl-aħħar xhur fiċ-Ċina.