In-numru ta’ nies maqtula fl-attakk ta’ boma suwiċida li seħħ f’Baghdad il-Ħadd li għadda tela għal 165. Dan skont ma ntqal minn uffiċjali tal-Ministeru tal-Intern tal-Iraq.
Il-gvern iddikjara tlett ijiem ta’ luttu wara li seħħet l-isplużjoni, li ħalliet 225 persuna oħra midruba. Il-Ħadd, trakk ippakjat bi splussivi sploda fid-distrett Karrada, fejn familji kienu qed jagħmlu x-xiri tagħhom għal vaganza li timmarka t-tmiem tar-Ramadan.
Huwa mifhum li dan l-attakk b’bomba kien l-agħar wieħed mill- 2007 ‘l hawn. Ħaddiema tas-salvataġġ qalu li familji sħaħ mietu filwaqt li ħafna nies inħarqu serjament.