Bejn Jannar u Frar li għadda d-dħul rikurrenti tal-Gvern żdied bi ftit aktar minn €23 miljun ewro biex laħaq għal €712.2 miljun.
Dan ħareġ minn informazzjoni li ppubblika l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika.
Id-dħul rikurrenti sal-aħħar ta’ Frar fisser żieda ta’ 3.3%.
L-NSO spjega li din iż-żieda ġiet fost l-oħrajn mis-sisa li nġabret mid-dwana u anki mit-taxxa tad-dħul.
Fil-fatt fid-dwana nġabru €4.2 miljun iżjed filwaqt li f’kuntest li aktar nies qed jaħdmu mit-taxxa tad-dħul inġabru qrib it-€3 miljun iżjed.
L-ispiża rikurrenti wkoll żdiedet, bi ftit aktar minn €62 miljun u laħqet is-€713.5.
Din iż-żieda kienet riżultat ukoll ta’ diversi programmi u inizjattivi li ħa l-Gvern.
Fil-fatt din in-nefqa kienet tammonta għal kważi €34 miljun ewro.
L-ispiża kapitali tal-Gvern żdiedet ukoll filwaqt li l-interessi fuq id-dejn pubbliku naqas b’6 miljuni meta mqabbel ma’ Frar tas-sena l-oħra.