Żdied l-appoġġ għall-bini mill-ġdid tat-triq prinċipali bejn Ħ’Attard u r-Rabat, magħruf aħjar bħala l-proġett tas-Central Link.
Fi stħarriġ tal-gazzetta “Illum” joħroġ li ħamsa u sittin fil-mija ta’ dawk li ħadu sehem, huma favur il-proġett. Dan ifisser li f’sitt xhur kien hemm żieda ta’ tlettax fil-mija fin-nies li wieġbu fil-pożittiv.
Dan l-istħarriġ juri biċ-ċar li wieħed u ħamsin fil-mija tal-parteċipanti li joqogħdu fl-inħawi fejn qed isir il-proġett, jaqblu max-xogħol li qed isir.
Dan is-sens ta’ kunsens huwa rifless ukoll fit-Tramuntana tal-pajjiż fejn wieħed u ħamsin punt tlieta fil-mija tan-nies huma favur li dan il-proġett jitwettaq.
Mill-istħarriġ joħroġ li żgħażagħ li għandhom bejn tmintax u ħamsa u tletin sena huma favur il-proġett, b’maġġoranza qawwija ta’ sittin punt tnejn fil-mija.
Dawk b’edukazzjoni sa livell sekondarju huma favur is-Central Link bi tnejn u sebgħin punt erbgħa fil-mija.
Minkejja li kien hemm nuqqas ta’ qbil fost dawk li għandhom livell ta’ edukazzjoni terzjarja, xorta waħda l-ħsieb prevalenti huwa favur; b’wieħed u ħamsin punt tmienja fil-mija.
B’sitta u sittin punt sitta fil-mija jidher li n-nisa li għandhom perspettiva aktar pożittiva ta’ dan il-proġett.
L-istħarriġ juri b’mod inekwivoku li f’kull faxxa tas-soċjetà hemm maġġoranza ta’ nies li huma favur dan il-proġett.