Il-Gvern żied il-baġit għall-kunsilli lokali b’erba’ miljun ewro. B’kollox il-baġit għall-kunsill lokali se jkun €43 miljun .
Ħabbar dan is-Segretarju Parlamentari għall-Kunsilli Lokali Stefan Buontempo, li qal ukoll li l-Gvern se jkun qed jalloka mas-€17-il miljun għat-tindif fit-toroq fil-lokalitajiet.
Ma dawn il-fondi jiżdiedu miljun ewro għall proġetti kapitali li se jibbenefikaw minnhom 29 kunsill, bi progetti bħall-bini ta’ centri ċiviċi f’Marsaskala, il-Fgura, u l-Qrendi, u numru ta’ ġonna f’lokalitajiet oħra.
Buontempo qal li l-Gvern se jkun qed josserva li l-flus jitqassmu b’mod tajjeb mill-kunsilli lokali. Tkellem ukoll dwar l-importanza tal-kunsilli lokali f’ħajjet iċ-ċittadini.