L-ajruport ta’ Katanja ingħalaq bħala prekawzjoni wara li żbroffa l-vulkan Etna, l-ogħla u l-aktar vulkan attiv fl-Ewropa kollha.
S’issa nħassu mal-130 theżżiża madwar l-Mediterran, bil-qawwa tagħhom tlaħħaq l-4 fuq l-iskala rikter.
L-istess theżżiż mistenni jkompli jintensifika, iżda s’issa għad m’hemm ebda rapporti ta’ persuni midruba jew xi ħsara f’xi bini fl-inħawi.