HBO Spain jidher li xandru bi żball is-sitt episodju ta’ Game of Thrones, erbat ijiem qabel.
L-aċċess biex wieħed ikun jista’ jara l-episodju l-ġdid tħalla għal madwar siegħa sakemm indunaw x’ġara u neħħewh. Iżda dan kien tard wisq hekk kif bosta kienu diġà niżluh u rawh, b’oħrajn diġa qasmu l-episodju b’mod illegali fuq l-internet.
Din mhux l-ewwel darba li ġrat lil HBO, li xandru episodju bi żball jiem qabel, hekk kif fis-sitt Staġun kien ġara l-istess. Filwaqt li proprju f’dan l-Istaġun kien ixxandar episodju ġdid jumejn qabel, iżda b’mod illegali permezz ta’ hackers.
Għalkemm dan il-leak m’affettwax l-ammont ta’ persuni li qed jaraw Game of Thrones, wieħed ma jistax ma jgħidx li dan kien staġun kemmxejn diffiċli għal min ħa sehem fis-serje b’mod partikolari min ipproduċieh.