Pedina taċ-ċess medjevali miżmuma f’kexxun ta’ dar f’Edinburgh tista tintbiegħ għal madwar 1,120,000 lira f’irkant li se jseħħ illum.
Is-sidien ma kellhom l-ebda idea li l-oġġett kien wieħed mill-Lewis Chessmen li ilu mitluf madwar mitejn sena. Il-pedina taċ-ċess kienet inxtrat minn nannu tal-istess familja, li kien negozjant tal-antikitajiet, li xtara l-biċċa taċ-ċess għal ftit aktar minn ħames sterlini fl-1964.
Hu ma kellu l-ebda idea tas-sinifikat tal-pedina b’għoli ta’ kważi disa’ ċentimetri. Din il-pedina hija magħmul mill-avorju, u bagħqet miexja minn ġenerazzjoni għal oħra ta’ din l-istess familja.
Il-familja ħarsuha għal 55 sena mingħajr ma ntebħu l-importanza tagħha, qabel ma ħaduha fid-dar tal-irkant ta’ Sotheby f’Londra fejn il-pedina mistennija tiġi rkantata.
Il-Lewis Chessmen huma fost l-iktar skulturi importanti fil-Mużew Nazzjonali tal-Iskozja. Dawn il-pedini huma meqjusa bħala simbolu importanti taċ-ċivilta Ewropea.