Fuq il-pedena tax-xhieda tela’ jixhed Kevin Brincat, li spjega li Woods kien tah istruzzjonijiet biex jieħu l-karozza ta’ Charlene Farrugia jitfgħaha Bormla.
Ix-xhud qal li hekk għamel u telaqha fl-inħawi tal-Verdala.
John Paul Woods qed jiġi mixli li f’Novembru tal-elfejn u tmienja qatel lil Charlene Farrugia ta’ ħamsa u għoxrin sena u li ħeba l-katavru tagħha.
Il-fdalijiet ta’ Farrugia, instabu sentejn ilu f’daħla f’sur fil-Belt.
Woods kien wieġeb mhux ħati għall-akkużi u baqa’ miżmum arrestat il-ħabs fejn qed jiskonta sentenza fuq serq.