Robert Omo ta’ 22 sena baqa’ jinżamm arrestat wara li tressaq il-Qorti t’Għawdex akkużat b’moħqrija tal-annimali u li daħal fi propjetà ta’ ħaddieħor.
Kien dan l-istazzjon li żvela kif fl-aħħar ta’ Settembru li għadda raħħal mix-Xewkija allegatament qabad liż-żagħużgħ Niġerjan iniżżel il-qalziet sa għarkupptejh u jiġri wara d-debba u jsawwatha u jtiha biex jagħmel flok iż-żiemel.
Quddiem il-Maġistrat Joe Mifsud illum instemgħet ix-xhieda tar-raħħal Għawdxi kif ukoll ta’ ibnu li spjegaw x’raw quddiemhom dakhinar li seħħ l-allegat każ mad-debba.
Minn informazzjoni li kien kiseb dan l-istazzjon jidher li l-kameras tas-sigurta li hemm jgħassu dan ir-razzett, urew liż-żagħżugħ jidher allegatament iniżżel il-qalziet biex ikollu x’jaqsam mad-debba li iżda kif spjega r-raħħal ma ħallietux, anki jekk ma tagħtux biż-żewġ.
Iż-żagħżugħ kien ġie arrestat l-għada tal-każ ħdejn is-supermarket tal-Lidl fir-Rabat Għawdex.
Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Bernard Charles Spiteri.
Is-sentenza mistennija tinqata’ fid-29 ta’ Ottubru li ġej fil-Qorti t’Għawdex.
Ara wkoll:
https://www.one.com.mt/2020/10/02/bil-filmat-sid-id-debba-jispjega-maghna-kif-zaghzugh-nigerjan-prova-jkollu-xjaqsam-mal-bhima-flok-iz-ziemel/