Fil-Qorti, illum kompliet tinstema’ l-kumpilazzjoni kontra Yorgen Fenech fejn xehed, l-ispettur Keith Arnaud.
Arnaud ippreżenta fil-Qorti diversi stqarrijiet miġbura mill-pulizija waqt l-interrogazzjonijiet ta’ diversi individwi bħala parti mill-investigazzjonijiet dwar il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.
L-evidenza kontra Fenech primarjament tistrieħ fuq ix-xhieda ta’ Melvin Theuma, il-‘middleman’ fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.
Fil-kontro-eżami Keith Arnaud jippreżenta stqarrijiet ta’ Johann Cremona, stqarrijiet ta’ Dr. Adrian Vella u ta’ Keith Schembri.
Arnaud qal li ma ġabx l-istqarrijiet ta’ Edwin Brincat, Logan Wood, Melvin Theuma u Kenneth Camilleri.
Il-qorti ddeċidiet li l-bqija tal-kontro-eżami ta’ Arnaud dwar xi stqarrijiet għandhom jinstemgħu bil-bibien magħluqa.