Fil-Qorti kompla jinstema’ il-każ fil-konfront tal-aħwa tal-Maksar, Jamie Vella u George Degorgio li fost l-oħrajn huma akkużati bl-involviment tagħhom fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.
Fis-seduta tal-lum xehdu bosta persuni li waslu l-ewwel fuq ix-xena tad-delitt, fosthom il-pumpiera, l-uffiċjali tal-Pulizija kif ukoll persuni li joqogħodu fl-inħawi tal-Bidnija.
Xhieda oħra kienet ta’ l-eks sid tad-dgħajsa Maya, li taħt ġurament qal kif bigħ din id-dgħajsa lil George Degorgio għal tletin elf ewro.
Allegatament minn din id-dgħajsa, Degiorgio bagħat il-messaġġ qattiel li sploda l-bomba.
Persuni oħra li joqogħdu fl-inħawi tal-Bidnija xehdu kif kienu jinnutaw karozza bajda suspettuża fl-inħawi, b’wieħed minnhom anke jiddeskrivi il-mument meta seħħet l-isplużjoni li qatlet lil Caruana Galizia.