Ftit iktar minn erba’ sigħat qabel tintemm il-votazzjoni għall-kariga ta’ Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Partit Laburista, ivvota l-Prim Ministru Joseph Muscat li kien akkumpanjat minn membri oħra tal-amministrazzjoni tal-Partit Laburista. Sa 15.30 kienu vvotaw 500 delegat f’Malta u 93 f’Għawdex. Dan mis-763 delegat eleġibbli. Deher jivvota wkoll il-kandidat eliminat, Stefan Zrinzo Azzopardi.