Il-Prim Ministru ta’ Malta u Mexxej tal-Partit Laburista Joseph Muscat flimkien mas-sinjura Michelle Muscat, ftit tal-ħin ilu, ivvotaw.
Kalmi u bi tbissima vvotaw fil-lokalità ta’ fejn joqgħodu, il-lokalità ta’ Burmarrad.
Tul il-jum se nkunu qed naraw nies oħra bi rwoli importanti fil-pajjiż jixħtu l-vot tagħhom fejn propju ftit tal-ħin ilu l-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca vvotat f’Ħal Lija u kif ukoll id-Deputat Mexxej tal-Partit Laburista Chris Cardona f’Birkirkara.
Kienu diversi mezzi tax-xandir kemm lokali u kif ukoll barranin li kienu qed jistennew lill-Prim Ministru jidħol jivvota.
One News jinsab preżenti f’diversi lokalitajiet.