Kull koppja jkollha lista ta’ x’tixtieq li tagħmel qabel il-jum tant speċjali li jgħaqqad koppja flimkien, iżda mhix komuni li koppja tiddeċiedi li timraħ barra mill-pajjiż għal disa’ xhur sħaħ qabel tiżżewweġ. Hekk iddeċidew li jgħamlu Romy u Luke, koppja li jimmarkaw l-avventuri tagħhom fuq paġna bl-isem ta’ “Tag Along travellers.”
Huma tkellmu ma’ The People of Malta fejn sostnew kif “It-tnejn li aħna nħobbu l-eċitament li jġib miegħu backpacking. Għalhekk, sena qabel iż-żwieġ tagħna, iddeċidejna li nivvjaġġaw għal disa’ xhur sħaħ. Ridna ninvestu fir-relazzjoni tagħna billi mmorru nimirħu f’kulturi oħra barranin. Din l-esperjenza bnitna bħala koppja.”
Spjegaw kif din id-deċiżjoni għalmithom kif għandhom jgħixu flimkien. Kif għandhom jaħfru u jinsew. Kif għandhom jisimgħu u jifhmu lil xulxin, kif għandhom jargumentaw u jiddiskutu bħala koppja li ġġib rispett lil xulxin. Spjegaw kif xorta għadhom jiġġieldu, imma hemm iktar rispett u ftehim. “Issa żżewwiġna, u qed inħarsu ‘l quddiem biex nibdew il-familja tagħna.”
Huma qalu li “l-imħabba u l-libertà. Konna tkellimna fuq hekk l-ewwel darba li sifirna flimkien. F’April tal-2014, konna l-Marokk u qbilna li l-ferħ huwa possibbli u veru meta naqsmu minn dak li jkollna. Entużjasti li bħala koppja noħolqu esperjenzi affaxxinanti.”
“Oħlom, emmen u wettaq – u dak li t-tnejn li aħna rridu nfittxu li nwettqu fil-ħolm tagħna – kemm bħala koppja kif ukoll bħala persuni individwali.” temmew jgħidu Romy u Luke.
Ritratt: The People of Malta