Qattus li kien meqjus bħala ġgant ġentili tilef ħajtu wara li ġie avvelenat fil-Fgura.
Kienet persuna li tieħu ħsieb il-qtates tat-triq li għamlet is-sejba ta’ dan il-qattus oranġjo li sfortunatament kien mitluq mal-art jieħu l-aħħar nifsijiet ta’ ħajtu.
Sfortunatament wara sigħat twal għand il-veterinarju jissielet għal ħajtu, il-qattus tilef ħajtu wara li tilef ammont kbir ta’ demm.
Huma bosta persuni li kkundannaw dan l-att tant krudili fejn annimal jingħata l-velenu tal-ġrieden imħallat mal-ikel. Għexieren ta’ persuni qed jitolbu biex din il-kimika tiġi pprojbita milli titħalla tinxtara b’mod faċli hekk kif l-abbużi fuq l-annimali, b’mod partikolari fuq il-qtates tat-triq, qed jiżdied.