Dal-lejl ġie vvandalizzat billboard ta’ Infrastruttura Malta b’żebgħa ħamra li tgħatti informazzjoni fuq il-pjan tal-istess entità.
Fi stqarrija, Infrastruttura Malta qalu li jifhmu li hemm individwi li mhumiex tal-istess ħsieb fuq il-proġetti li qed isiru iżda jikkundannaw dan l-aġir inaċċettabli.
Komplew billi qalu li l-għan aħħari tagħhom huwa li jisimgħu t-tħassib ta’ dawk kollha nvoluti u ser ikomplu jistinkaw biex itejbu l-kwalità tal-ħajja tal-familji Maltin.
Minn 7 proġetti li qed taħdem fuqhom Infrastruttura Malta, pajjiżna se jibbenefika €1,200 miljun f’inqas ħin fl-ivvjaġġar, inqas spejjeż ta’ fjuwil u arja aktar nadifa.