Twettqu x-xewqat kollha tat-tfal imniżżlin ma’ Children’s Dreams. Kampanja li kull Milied twettaq ix-xewqat ta’ mijiet ta’ tfal minn madwar il-gżejjer Maltin. Kien permezz ta’ messaġġ fuq il-paġna ta’ Facebook li ħabbru li b’mod uffiċjali x-xewqat tal-Milied ta’ dawn it-tfal twettqu kollha, proprju 53 jum qabel il-Milied. Fost ix-xewqat li kien hemm imniżżlin uħud mit-tfal xtaqu neċessitajiet fosthom kupuni tal-ikel għall-famitlhom jew ħwejjeġ.
Din hi kampanja li ta’ kull sena tħeġġeġ numru ta’ kumpaniji u individwi jagħtu s-sehem tagħhom fis-soċjetà u jpoġġu tbissima fuq fomm it-tfal li l-etajiet tagħhom ivarjaw minn tliet snin ‘il fuq.
Żgur mhux forsi li dawn it-tfal flimkien ma’ familthom jinsabu grati lejn dawk kollha li b’xi mod ferrħu lil dawn it-tfal għall-jiem tal-Milied.