Kważi sebgħin fil-mija tal-proposti fil-Manifest Elettorali li jikkonċernaw il-Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali twettqu f’dawn is-sentejn tal-leġislatura.
Mill-proposti fi ħdan dan il-Ministeru flimkien ma’ dawk tas-Segretarjat tal-Akkomodizzjoni Soċjali u dak tal-Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva huma tlieta u għoxrin minn disgħa u sebgħin miżura li twettqu kompletament, fejn numru ieħor ta’ miżuri wasslu fl-aħħar tal-proċess biex jitwettqu.
Dan tħabbar f’konferenza tal-aħbarijiet it-Tnejn filgħodu fejn ingħata rendikont dettaljat tal-progress ferm pożittiv li sar u qed isir f’dan il-qasam li jingħata terz tan-nefqa tal-Gvern.
Il-Ministru għall-Familja u s-Solidarjetà Soċjali Michael Falzon qal spjega kif f’sentejn sħaħ twettqu tnax–il miżura importanti, fosthom iż-żieda fil-pensjonijiet, partikolarment tas-servizz u lil dawk b’mard terminali.
“Madwar 40% tal-leġislatura bħala Ministeru rnexxielna nwettqu kważi sebgħin fil-mija ta’ dak li huma l-Manifest elettorali”
Min-naħa tiegħu s-Segretarju Parlamentari Anthony Agius Decelis spejga kif il-Gvern kien ta’ spalla għal eluf ta’ persuni b’diżablità u anzjani biex jaffaċċjaw l-isfidi b’mod kemm jista’ jkun dinjituż.
Tenna kif f’dawn is-sentejn, dan is-settur għamel passi ta’ ġgant fosthom fejn tidħol l-inklużjoni u l-parteċipazzjoni attiva, bil-proġetti ewlenija jkunu l-Proġett Soċjetà Ġusta u Anzjanità Attiva.
“Għandna 34 wegħda elettorali li minn dawn wettaqna 67% tagħhom, għandna 5 wegħdiet li wettaqnihom kollha, għandna 9 wegħdiet li għandhom kważi 99% imwettqin, 11 –il wegħda li għandhom sa 75% u 9 wegħdiet li għandhom anqas minn 50% ta’ dak li wegħdna imwettqin”
Riżultati oħra pożittivi ferm kienu mill-miżuri importanti li twettqu fil-qasam tal-akkomodazzjoni soċjali, bil-wegħda ewlenija tkun il-bini ta’ appartamenti ġodda madwar Malta.
Is-Segretarju Parlamentari Roderick Galdes spjega ma’ One News kif diġà twettqu bosta miżuri u baqa’ wħud oħra li waslu fl-aħħar biex jiġu implimentati.
“wettaqna diġà 40% tal-proposti li kienu fully completed u hemm għexieren ta’ proposti oħra li diġa qed naħdmu fuqhom iżda qegħdin in working process.”
Min-naħa tiegħu s-Segretarju Permanenti Mark Musu faħħar il-ħidma li saret minn bosta entitajiet li kkollaboraw sabiex wara sentejn inkisbu riżultati sbieħ. Saħaq li dan l-eżerċizzju jżomm il-ħidma tal-awtoritajiet sabiex dak li twiegħed jiġi implimentat.