Matul il-lejl li għadda, il-Pulizija flimkien mal-Forzi Armati ta’ Malta, wettqu kontrolli tat-traffiku madwar Malta u Għawdex.
Fi stqarrija maħruġa mill-Pulizija ġie spjegat kif waqt dawn il-kontrolli li saru f’diversi lokalitajiet, twaqqfu mat-890 vettura. Hemmek saru diversi spezzjonijiet dwar regolamenti tat-traffiku u ksur ta’ regolamenti oħrajn li jinkludu sewqan mingħajr liċenzja valida, sewqan mingħajr ċintorin tas-sigurtà u sewqan taħt l-influwenza talalkoħol, fost oħrajn.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Il-Pulizija wasslet ir-ringrazzjament tagħha lill-pubbliku għall-kooperazzjoni tiegħu.