Fil-Baġit għas-sena d-dieħla tħabbar kif se jkun qed jespandi l-formularju tal-Gvern u b’hekk se jinkludi fih aktar mediċini u trattamenti b’xejn għall-kura effettiva tal-mard.
Fost l-oħrajn, se jiġu introdotti mediċini lill-pazjenti tal-IVF, għal dawk li jbatu mill-ażma, il-Pulmonary Fibrosis u anke mediċini għal dawk li jbatu mis-saħħa mentali.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Dawn iż-żidiet se jkunu qed jikkumplimentaw dawk li ddaħħlu fil-formularju fl-aħħar xhur fejn ġew introdotti għal mard kroniku u rari.