Waqt konferenza stampa indirizzata llum mill-Kap ta’ Hong Kong, Carrie Lam, qalet li l-abbozz kontroversjali li kien jippermetti estradazzjoni lejn iċ-Ċina u li qajjem furur f’dawn l-aħħar ġimgħat f’Hong Kong, huwa mitmum. Hija qalet li x-xogħol li sar mill-Gvern dwar dan l-abbozz kien falliment totali, iżda naqset milli tgħid li ġie rtirat kompletament bħalma qed jitolbu d-demostranti. F’nofs Ġunju li għadda, Lam kienet kostretta li tissospendi l-abbozz b’mod indefenittiv wara li eluf ta’ nies inġabru fit-toroq ta’ Hong Kong jipprotestaw.
Lam sostniet li għad hemm xi dubji serji dwar is-sinċerità tal-Gvern jew inkwiet dwar jekk il-Gvern ta’ Hong Kong huwiex se jerġa’ jibda bil-proċess għal dan l-abbozz fil-Kunsill Leġiżlattiv. Hija reġgħet irrepetiet u saħħqet li l-abozz huwa mitmum.