Ittieħdet id-deċiżjoni li jitwaqqfu b’mod immedjat iż-żjarat fl-isptar Monte Karmeli. Dan intqal fi stqarrija maħruġa mill-uffiċċju tad-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa.
Dan sabiex jittieħdu l-passi preventivi kollha sabiex tiġi assigurata s-sigurtà għar-residenti f’dan l-isptar.
Intant b’rabta mas-seba’ pazjenti li nstabu pożittivi għall-Covid-19 fl-aħħar sigħat, intqal li l-kundizzjoni tagħhom hija waħda stabbli u li qed jinżammu f’iżolament f’Monte Karmeli stess. Il-kumplament tal-pazjenti tas-sala San Ġorġ Preca jinsabu fi kwarantina.
Dan filwaqt li l-istaff li kien xogħol f’din is-sala wkoll tpoġġa fi kwarantina, u s-sitwazzjoni tagħhom se tibqa’ tkun osservata matul il-ġranet li ġejjin