Il-ġimgħa li għaddiet, il-Pulizija Maltija ngħaqdet ma’ pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea u mal-European Roads Policing Network, biex tikkordina spezzjonijiet tat-traffiku fuq trakkijiet u vetturi kummerċjali fi Triq Garibaldi f’Ħal Luqa.
Dawn l-ispezzjonijiet huma organizzati mill-Awtorità Ewropea għax-Xogħol bħala parti minn kampanja Ewropea għal aktar sigurtà fit-toroq, bis-sehem ta’ Transport Malta, Jobsplus u d-Dipartimet tar-Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impjieg.
B’kollox twaqqfu mija u ħmistax-il vettura u nħarġu tlieta u sittin kontravenzjoni, fosthom minħabba sewqan bla liċenzja valida u/jew mingħajr polza tal-assigurazzjoni, vetturi bla pjanċi tar-reġistrazzjoni, dwal mhux skont il-liġi, u vettura fi stat ħażin. Żewġ vettura ma tħallewx jibqgħu jinstaqsu u ġew irmunkati minn Transport Malta.
Ġew iċċekkjati trakkijiet u vetturi kbar għal tnixxija ta’ żejt, roti mikulin, fire extinguishers skaduti, vetturi fi stat ħażin, tagħbija mhux marbuta b’mod sikur, tagħbija iktar milli suppost u pjanċi tal-vetturi mhux viżibbli.
L-uffiċjali tad-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impjieg innutaw ħmistax-il każ ta’ ksur ta’ liġijiet, fosthom sewwieq jew passiġġiera li ma kinux qed jaħdmu b’mod regolari – li min iħaddihom ma pprovdiex kuntratt tax-xogħol. Oħrajn instabu li ma kinux qed jitħallsu skont ir-rata applikabbli u bi tnaqqis fil-paga b’mod illegali.
Uffiċjali ta’ Jobsplu sabu disa’ persuni li kienu fi ksur ta’ liġijiet tal-impjiegi, fosthom barranin li ma kellhomx impjieg regolari.
Fost dawk li osservaw il-ħidma f’Malta kien hemm uffiċjali mill-Polizia Stradale tal-Italja u mill-Awtorità tat-Trasport tal-Kroazja.