L-Għaqda Nazzjonali Każini tal-Banda waqqfet working group ta’ azzjoni, bil-għan li jitħejja pjan konkret ta’ kif jistgħu jiġu ċċelebrati l-festi b’mod sħiħ mill-bidu tas-sena d-dieħla.
Fi stqarrija l-Għaqda Nazzjonali Każini tal-Banda, qalet dan il-working group huwa ffurmat minn membri li huma involuti bi sħiħ fl-organizzazzjoni tal-festi fosthom is-Soċjetajiet tal-Banda, il-kumitati tal-festi u dawk tal-armar.
L-Għaqda sostniet li l-mira ta’ dan il-working group hija li sal-aħħar ta’ Settembru dan il-pjan jitlesta u jiġi ppreżentat lill-Awtoritajiet tas-Saħħa.