Il-Fondazzjoni għall-Akkomodazzjoni Affordabbli waqqfet kumitat ta’ investiment wara riżoluzzjoni unanima tal-kunsill tal-amministraturi.
Dan il-kumitat se jkollu l-kompitù li jamministra l-ewwel inizjattivi tal-fondazzjoni, li bdiet taħdem f’Ġunju ta’ din is-sena, bil-għan li din tikber fit-tul.
Il-Kap Eżekuttiv, Jake Azzopardi, stqarr li t-twaqqif tal-kumitat ta’ investiment hu turija ta’ governanza tajba u trasparenza fl-immaniġġjar finanzjarju li se jissarraf fi tkabbir sostenibbli tal-istess fondazzjoni.
Azzopardi, se jkun ċ-Chairperson tal-istess kumitat, akkumpanjat minn numru ta’ individwi li għandhom esperjenza vasta fl-oqsma bankarji u finanzjarji.