Infrastructure Malta waqqfet il-kuntratt tal-kuntrattur responsabbli mill-proġett tal-moll il-ġdid ta’ Ras Ħanżir, peress li l-livell ta’ progress mistenni ma kienx milħuq.
Infrastructure Malta fi stqarrija qalet li se tkompli bix-xogħlijiet ta’ konsolidazzjoni tal-art sakemm tinħareġ sejħa kompetittiva oħra għall-kumplament tax-xogħol.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Infrastructure Malta qalet li tibqa’ impenjata li twassal dan il-progett li jinkludi l-kostruzzjoni ta’ moll ġdid ta’ 360 metru f’Ras Ħanżir, bejn Laboratory Wharf u Fuel Wharf fil-Port il-Kbir.
Dan il-progett hu mmirat biex itejjeb l-effiċjenza tal-immaniġjar tal-merkanzija għall-vapuri Ro-Ro (Roll-On/Roll-Off) u bastimenti oħrajn.