Dalgħodu, għall-ħabta tat-tmienja il-militar Russe waqqaf il-ġlied temporarament f’diversi bliet Ukreni, inkluż il-kapitali Kyiv.
Dan qed isir sabiex tkun tista’ tiddaħħal l-għajnuna umanitarja fl-Ukrajna.
Fil-fatt, apparti fi Kyiv, l-għajnuna se tingħata fl-ibliet l-aktar milquta, li huma Kharkiv, Mariupol u Sumy. Hawn twaqqaf il-ġlied fuq talba tal-President Franċiż Emmanuel Macron fid-dawl tas-sitwazzjoni mdemmija f’dawn l-ibliet.
Intant, il-Prim Ministru Awstraljan Scott Morrison qal li l-missilli li wiegħed lill-Ukreni l-ġimgħa li għaddiet jinsabu fl-Ukrajna.
Morrison wiegħed li jagħti b’50 miljun dollaru f’armi biex l-Ukreni jkollhom biex jikkumbattu lir-Russi.