Il-Gvern waqqaf uffiċjalment il-Bord għall-Bini u l-Kostruzzjoni, li huwa meqjus bħala pass ‘il quddiem fis-settur tal-kostruzzjoni f’pajjiżna.
Dwar dan il-bord, il-Ministru għall-Ambjent Aaron Farrugia qal kif il-gvern qed jaħdem lejn industrija tal-kostruzzjoni li tkun sostenibbli.
Min-naħa tiegħu, is-Segretarju Parlamentari responsabbli Chris Agius saħaq kif dan il-bord se jkun qed jeżerċita l-funzjoni li ġie fdat bihom sabiex ikun jista’ jeżegwixxi l-poteri u d-dmirjiet tiegħu kif suppost.
Qal kif Il-bord huwa magħmul minn persuni b’kapaċitajiet differenti u ta’ esperjenza, li se jkunu importanti għal din l-awtorità.
Il-bord huwa magħmul minn tlettax-il persuna u se jkun immexxi mill-Inġinier Karl Azzopardi, li ġie maħtuf bħala l-Kap Eżekuttiv ta’ din l-awtorità.
Fih hemm ukoll rappreżentant tal-Gvern u l-Oppożizzjoni.