Waqt il-konferenza tal-aħbarijiet id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne ħabbar li n-numbru 111 huwa l-helpline l-ġdid biex persuni li jkollhom dubji li għandhom xi sintomi, iċemplu fuqu.
Dan in-numru se jkun miftuħ 24 siegħa kuljum, sabiex ikun x’ħin ikun wieħed jista’ jċempel fuq dan in-numru.
Id-Deputat Prim Ministru Fearne appella sabiex wieħed iċempel fuq dan il-helpline l-ġdid u jevita milli jċempel n-numru tal-emerġenza. Appella wkoll sabiex dawk il-persuni li jħossu xi sintomi jevitaw milli jżuru tobba, Ċentri tas-Saħħa jew id-Dipatiment tal-Emerġenza.
Il-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne qal kif in-numru l-ieħor tal-helpline 21324086 qed jirċievi eluf ta’ telefonati kuljum.