It-tifel tal-boxer leġġendarju Muhammad Ali inżamm mill-ħaddiema tal-ajruport fi Florida, liema ħaddiema allegatament saqsewh numru ta’ drabi jekk kienx Musulman. Dan spjegah l-avukat ta’ Ali li spjega li flimkien ma’ ommu Khalilah Camacho-Ali, waslu fl-ajruport ta’ Fort Lauderdale-Hollywood fis-7 ta’ Frar.
L-avukat qal li l-uffiċjali tal-Ajruport saqsew mistoqsijiet lil Muhammad Ali għal madwar sagħtejn sħaħ u saqsew ħafna drabi minn fejn hu ġej u minn fejn oriġina ismu filwaqt li riedu jikkonfermaw ir-reliġjon li jemmen fih.
Il-mistoqsijiet tal-uffiċjali tal-ajruport żdiedu wara li Ali wieġeb għall-mistoqsija tagħhom u qalilhom li huwa Musulman. Huwa twieled f’Philadelphia u għandu passaport Amerikan. Dawn il-mistoqsijiet qed isiru lil dawk li jivjaġġaw lejn l-Istati Uniti wara l-miżuri li kien ħabbar Trump li l-Musulmani li ġejjin minn numru ta’ pajjiżi, ma jitħallewx jidħlu fil-pajjiż, liema miżuri ma daħlux fis-seħħ iżda jidher li xorta ħallew l-effetti tagħhom.
Meta sarulhom numru ta’ mistoqsijiet, l-uffiċjali tal-ajruport spjegaw li ma jistgħux jiddiskutu każijiet individwali ta’ persuni li jidħlu f’dan l-ajruport u saħqu li huma għandhom id-dritt li jagħmlu dawn il-mistoqsijiet u l-inspezzjonijiet neċċessarji lil dawk li jaslu fl-Istati Uniti.