Twaħħlu aktar minn nofs il-pajpijiet fil-mina li ser tgħaqqad l-impjant tar-reverse osmosis f’Pemroke mill-imħażen tal-ilma f’ Ta’ Qali.
Il-mina b’tul ta’ kważi ta’ għaxar kilometri saret b’investiment ta 27.5 miljun ewro, parti minnhom minn Fondi Ewropej.
Il-formazzjoni tal-mina kienet tinvolvi t-tħaffir minn erba postijiet differenti li huma Pembroke, Tal-Ibraġġ, l-Iklin u Ta’ Qali.
Wieħed minn dawn il-pajpijiet li huma wiesgħa iktar minn mentru, se jippompja l-ilma mill-impjant ta’ Pembroke għall-ġibjuni f’Ta’ Qali fejn jitħallat mal-ilma tal-pjan u jiġi trattat biex jiżgura taħlita ta’ kwalita aħjar.
Il-proġett mistenni jibda jiffunzjona sal-ewwel kwart tas-sena d-dieħla, bil-perit tal-proġett Mario Balzan jispjega li madwarr tliet ele tunnellata ta’ pajpijiet qed jiġu installati fix-xogħlijiet taħt l-art.
“Fuq din in-naħa huma pajpijiet tal-one thousand two hundred li huma punped minn Pembroke għal Ta’ Qali. Min-naħa l-oħra, permezz tal-gravity, għandna pajpijiet ta’ tmien mitt metru li ħa jieħdu minn ta’ Qali, wara imur lejn Hat Attard u San Ġwann.”
Dan il-proġett qed jassigura li mhux biss jitnaqqas l-impatt ambjentali tal-korporazzjoni tas-servizzi tal-ilma imma fl-istess ħin jkompli jassigura togħma konsistenti u aħjar tal-ilma.
Il-Perit ta’ dan il-proġett spjega li dan il-proġett se jiżgura li jiġi sfruttat il-potenzjal għat-taħlit tal-ilma mir-reverse osmosis filwaqt li tiġi mnaqqsa l-enerġija użata fl-ippumpjar tal-ilma.
Meta jitlestew dawn ix-xogħlijiet se jkun possibli li aktar minn ħamsin metru kubu ta’ ilma jitwassal kuljum dirretament mill-impjant f’Pembroke għall-ġibjun f’ Ta’ Qali.