Raġel ta’ 60 sena miż-Żejtun jinsab fil-periklu tal-mewt wara li waqa’ sular għoli minn kamra f’għalqa fl-inħawi ta’ San Leonard fix-Xgħajra.
L-inċident seħħ għall-ħabta tan-12:30 p.m.
Fuq il-post marru membri tal-Protezzjoni Ċivili u tim mediku mill-isptar Mater Dei.
Ir-raġel ittieħed l-isptar Mater Dei għal aktar kura fejn aktar tard ġie ċċertifikat li jinsab fil-periklu tal-mewt.
B’rabta ma’ dan il-każ infetħet inkjesta mmexxija mill-Maġistrat Rachel Montebello.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident qed jitmexxew mill-Pulizija tad-Distrett.